Is-Sibt, 18 ta’ Lulju 2009

A Thousand Words

Thalli kamera digitali warajk fuq it-tren. Short Film


Vide Cor Meum

Kelma wahda: BELLEZZA



And thinking of her, Sweet sleep overcame me
I am your master, See your heart
And of this burning heart
Your heart
(Chorus: She trembling)
Obediently eats.
Weeping, I saw him then depart from me.

Joy is converted, To bitterest tears

I am in peace, My heart
I am in peace, See my heart

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Lulju 2009

Suċċess mill-Falliment



Bram Stoker awtur irlandiż darba kiteb fin-novella tiegħu, li aħna nitgħallmu mill-falliment u mhux mis-suċċess!


Anonimu jgħid li qatt m’għandna nibżgħu mill-fallimenti, anzi dawn jgħinuna iżjed biex darb’oħra nagħmlu sforz iżjed biex nirnexxu.


Biex nirnexxi għandi bżonn ngħaddi minn dawn l-istadji:

  1. Nippjana: infassal f’moħħi meta fejn kif ma’ min se naħdem biex il-ħsieb isir realta’, u nara minn qabel x’diffikulta jista’ jkolli

  1. Nipprepara: inħejji kollox għal dak li se jkolli bżonn

  1. Nipprattika: Naġixxi u nagħmel dak li nkun ippjanajt, inkella l-pjan jibqa’ fuq l-ixkaffa, għalhekk m’għandix nitnikker

  1. Nippersisti: m’għandix naqta’ qalbi mill-intoppi, lanqas mill-iżbalji li nagħmel u nibqa’ nipprova sakemm nirnexxi.

  1. Nitlob: għax l-għajnuna tal-Mulej tasal iktar mill-ħila tiegħi


Il-ħajja tagħna kollha, mill-bidu sa l-aħħar, se tkun mimlija b’suċċessi u fallimenti! Imma ejja nżommu f’moħħna li l-fallimenti jistgħu jgħinuna biex naslu għas-suċċess.


Min qatt ma jagħmel xejn, min qatt ma jipprova, min qatt ma jirriskja… dan hu dak li qatt ma jiżbalja! IMMA QATT MA JAGĦMEL SUĊĊESS LANQAS!


Veru li hija ħafna eħfef li tinżel muntanja milli titlagħha; imma l-veduta li tgawdi minn fuq il-muntanja ma taraha minn imkien iktar!


Nawguralek li f’ħajtek ma tibżax mill-fallimenti u d-diżappunti… għax dawn kapaċi jwassluk għas-suċċess!


It-Tlieta, 7 ta’ Lulju 2009

Id (Short Film)

It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju 2009

Il-‘Fidi’ tagħna qed taqa’ wisq mal-oġġetti, l-statwi u t-tlellix


Hemm ħajta differenza bejn il-vera Fidi u l-fanatiżmu li qed joffri l-istaġun tal-festi f’Malta. Iċ-ċapċip quddiem l-istatwi u l-ewforiżmu li dan iż-żmien iġib miegħu joħloq id-dubju f’ħafna nies, u li xi kultant iktar qiegħed ibiegħed in-nies milli jiġbidhom. Dan għaliex itik dubju serju għalxiex ċertu parruċċani qed iċapċpu quddiem l-istatwa tar-raħal jew Belt tagħhom. Forsi biex juru li huma l-aqwa? Forsi b’pika għall-ġirien tagħhom? Ix-xewqa awtentika tal-Fidi tgħinna biex ninbidlu minn ġewwa, u minn barra nixhdu dak li verament aħna minn ġewwa.


Il-Festi ħafna drabi huma filmati qosra fuq liżar taċ-ċinema li huma riklam biex jgħattu dnub il-poplu, li juri li l-Maltin, vera għandhom demmhom ibaqbaq għar-reliġjon Kattolika. Biex nippupaw sidirna mal-forċina, ngħollu jdejna, u ngħajtu xi poeżija biex kullħadd juri kemm jemmen f’dak il-qaddis, jew qaddisa ma rridux wisq. Lanqas ma rridu wisq li nkunu pikużi, rasna sħuna, li d-dagħa iktar tisimgħu ileħħ fl-ajru iktar minn murtal tal-festa. Dawk l-istess nies ta’ quddiem il-vara forsi il-qaddis li qed jimxu quddiemu la jafu x’għamel u wisq inqas x’virtuwijiet kellu. Dak il-qaddis forsi qatt ma ħolom li se skulturawh fl-injam jew jgħaġnuh fil-kartapesta, jgħid kemm għamluh iktar ħelu milli kien fil-verita’ u issa qiegħed jintrefa’ quddiem dawk iċ-ċorma parruċċani jgħajtu f’wiċċu f’ewforija ta’ mument.

Dan kollu u dan għadna lanqas biss semmejna l-infiq esaġerat biex noħorġu ktieb biex nuru x’għamilna, murtali bl-addoċċ li naħseb fit-tieni gwerra il-bombi li tefgħu it-tedeski u t-taljani f’daqqa lanqas joqorbu f’dawn it-tliet xhur tas-sajf, u l-imbierek (jew misħut) marċ ta’ filgħodu.


Fl-għaxija nħobb niftaħ ir-radju u m’ilux kont qed nisma programm ta’ marċi brijużi u min kien qed imexxi l-programm spiċċa jinsulenta u jhedded b’mod ħafif lil kappillan ta’ raħal f’Malta, li qata’ ċertu fanatiżmu żejjed fil-knisja meta tinħareġ l-istatwa min-niċċa. Sa spiċċa biex qal, “Issa jiġi l-kappillan jokrob biex intuh il-flus għal xi proġett tal-knisja, ħa tara niġux niġru ntuh il-flus”. Dan li qed nimxu bil-kompromessi qed iġġgħalni naħseb ħażin. Kemm verament dak li qed nagħmlu biex festa issir b’mod tajjeb qed nagħmluh mill-qalb u mhux biex ikollna skuża li għax qed ngħinu għandna xi dritt sopranaturali li nindaħlu l-kappillan x’jagħmel u ma jagħmilx. Tal-Mistħija. L-agħar għax issa din qed tixxandar fuq radju li jisimgħu kullħadd!!!


Il-Knisja u l-parroċċi hemm bżonn jifhmu li t-tradizzjoni tal-festi isibu l-egħruq li vera jagħtuha l-ħajja mill-ġdid, għax sfortunatament, il-ħaxix ħażin kiber sew m’għonq is-siġra, u se jiġri li jekk ma nibdewx naqtgħu il-ħaxixa ħażina se jiġri li għaxar, għoxrin sen’oħra se nibdew nagħmlu festa b’iktar pompa mill-lum, imma ma tkunx ħlief maskra biex tintlibes mill-Maltin, eskursjoni għat-turisti, u uġigħ ta’ ras għall-Knisja f’Malta li ma tista’ tagħmel xejn għax jaqbżu fuqha.



It-Tlieta, 23 ta’ Ġunju 2009

In The End




Short Film ta' Ramon Mizzi. Jiddeskrivi il-hajja t'anzjan, Paul li jghix wahdu u l-uniku kuntatt mal-hajja socjali kien bejjiegh il-hobz. Jaghti stampa cara tal-anzjanita' u s-solitudni. Film Tajjeb li jgghalek thoss mal-Karattru principali.

Aghfas Hawn




Il-Ħadd, 7 ta’ Ġunju 2009

Benetton Rebbieha tal-Italja Kollha tal-Under 19


Il-Benetton Treviso rebhu kontra Siena f'Salso Maggiore 81-70, loghba li bdiet fis-7.30pm tal-llejla. Taht il-Coach Fabio Corbani il-Benetton regghu gabu t-titlu it-2 darba tal-U19 wara tliet snin. Prosit lil Benetton Basket tal-Under 19 li gabu r-rebha misthoqqa lilhom!



Aktar informazzjoni www.benettonbasket.it

I can only imagine - MercyMe

Absolutely beautiful. Great Music, Great Group.


Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2009

Benetton wins over Virtus Siena

Benetton wins 101-51 against Virtus Siena with the Basket Team Under 19, of Coach Corbani, with 23 points from Gentile and 19 points from Samuel Deguara. They have already won 3 out of 3 games making them in the 1st place till now. Today they will begin their quarter finals from these playoffs.

.303 - Short film ta’ David Serge

Film storiku, brillanti li jżommok sa l-aħħar...

Ta min jarah...